F'Mejju li għadda l-kantanta lokali Emma Muscat irrappreżentat lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2022, permezz tal-kanzunetta I Am What I Am. Lil Emma rajnieha tirrappreżentana nhar il-Ħamis 12 ta' Mejju fit-tieni semifinali.

Apparti dik il-prestazzjoni, u apparti l-mijiet ta' provi u preparamenti li kellha l-ambaxxatriċi Maltija, kien hemm ukoll il-famuża Live On Tape. Din hi prestazzjoni li l-parteċipanti kollha jagħmlu qabel ix-xahar tal-Eurovision, li tintuża jekk jagħti l-każ li ma jkunux jistgħu jagħtu wirja fil-lejla tas-semifinali jew tal-finali minħabba mard jew ċirkustanza li m'għandhomx kontroll fuqhom.

Fil-fatt il-wirjiet li taw il-parteċipanti ġew ippubblikati fl-aħħar sigħat, inkluż ta' Emma! Araw il-wirja Live On tape li tat il-kantanta, u fil-kummenti għidulna tippreferux din jew dik tas-semifinali li rajna fit-12 ta' Mejju!


Kyle Zarb