Issa li l-poplu reġa' beda jgħix b'normalità u rritornaw bosta avvenimenti li konna neqsin minnhom matul l-aħħar sentejn, il-briju u d-divertiment tal-festi rritorna wkoll. 

Fil-fatt ġa bdejna naraw filmati u ritratti tal-marċijiet li qed isiru, u fihom jidhru tant persuni jieħdu pjaċir u jiddevertu flimkien. Madankollu importanti li issa aktar minn qatt qabel inżommu f'moħħna l-importanza li nibqgħu siguri u nipproteġu lilna nfusna u lil ħaddieħor meta nixorbu b'mod speċjali.

L-attur u Vidjografu Henry Zammit Cordina għadu kemm xerred filmat li kien ħoloq xi snin ilu, fejn juri xeni waqt il-festi. L-aqwa ħaġa fih dan il-filmat pero hu l-messaġġ li jispiċċa bih, "Xorb żejjed jista' jfisser li l-festa tkun qed tkisser."  

Henry kiteb dwar dan, "Filmat ta' ftit sekondi li ħdimt fuqu ftit snin ilu mma l-messaġġ li jibqa' jgħodd kull sena." Araw aktar fil-filmat t'hawn isfel. Xerrduh ħalli l-messaġġ jibqa' jasal. Prosit Henry!

Dan il-filmat sar b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Għas-Servizzi Ta' Ħarsien Soċjali, Għaqda Każini Tal-Banda. Ħajr ukoll lis-Soċieta' Filarmonica "La Vittoria" Mellieħa, Għaqda Mużikali San Leonardu Kirkop u għall-Marċ "Fiesta" tal-Maġġur Anthony Aquilina.


Kyle Zarb