Waqt il-kunċert Concert In the Dark ħadu sehem diversi artisti li ħa jieħdu sehem fil-Eurovision Song Contest 2021 u oħrajn mill-passat, fosthom Destiny!

Hi kantat il-kanzunetta li ser tirrapreżenta lil pajjiżna biha Je Me Casse, din id-darba akkumpanjata mill-artist bravissimu Kevin Paul Calleja fuq il-gitarra. F’mument minnhom waqt il-kanzunetta ingħaqdu anke f’armonija. Id-diska Maltija għadha l-favurita li tkun rebbieħa f’Mejju li ġej hekk kif il-kummenti pożittivi qegħdin dejjem jiżdiedu.

Prosit Destiny, prosit Kevin u awguri Malta! Segwi l-kanzunetta hawn taħt.


Kyle Zarb