Lill-preżentaturi Daniel u Ylenia, ilna nsegwuhom fuq Bay Radio għal snin sħaħ issa! Il-koppja kienu ilhom ħbieb kbar u jidher li minn hemm nibtet l-imħabba bejnietom. Ylenia jidher li għamlet l-ewwel pass għalkemm tistqarr fuq il-midja soċjali li beżgħat ħafna li ma jaċċettax.

"Dejjem xtaqt nistaqsi lil Daniel biex noħorġu imma wisq kont nibża' li jgħidli le", tikteb Ylenia flimkien ma' filmat ħelu li xerrdet fuq Instagram. Tgħid li r-ritratti kienu meħudin miż-żmien li kienu għadhom ħbieb biss.

Ylenia tgħid li ma kellha l-ebda idea li anke hu kellu grazzja magħha! Imsomma, hawn huma llum, koppja li tant hi maħbuba mis-segwaċi tagħhom! Tispiċċa bil-kliem, "Inħobbok wisq u nirringrazzja lil Alla li għandi lilek f'ħajti."


Kyle Zarb