L-esploratur Pierre Farrugia qasam avventura oħra bil-Kayak f'żona mill-isbaħ ġewwa Fort Ricasoli. Telaq mill-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, lejn iż-żona, imsejħa il-Lido, x'aktarx minħabba li din iż-żona kienet użata fit-tieni gwerra mis-suldati Ingliżi bħala żona tal-Lido.

Minn hemm mexa lejn id-dar tal-fanal tal-break water, sabiex ikun jista’ jaqbad triqtu lejn l-għerien fejn hemm skopra anke kanuni taħt l-ilma. Mill-baħar, ma tistax tagħraf dan l-għar, u huwa moħbi sew fl-irdumijiet.

Aktar ma tersaq eqreb tibda tara ftit dawl ġej min-naħa ta' fuq. Peress li dan l-għar jinsab taħt il-Forti Ricasoli, il-kanuni, kienu f'parti mill-forti, dan l-għar iġġarraf bil-forza tal-baħar u s-saqaf ċeda għall-piż enormi ta' tliet kanoni, li spiċċaw fil-baħar.

Segwi aktar dwar xi skopra Pierre f'din iż-żona fil-filmat.


Kyle Zarb