Mhux l-ewwel darba li ħarġu filmat, mhux l-ewwel darba li ngħaqdu flimkien sabiex jagħtu sorpriża lill-istudenti tagħhom u issa li sabu ruħhom id-dar forsi bi ftit aktar ħin fuq idejhom waqt li jippreparaw xi xogħol lill-istudenti tagħhom, dawn l-għalliema tal-Iskola ta' Santa Klara, Skola Sekondarja ta' Pembroke għandhom filmat ħelu! Filmat li japplika għall-istudeni kollha u mhux dawk tal-iskola tagħhom biss!

L-għalliema bl-aktar mod kreattiv krejaw mill-ġdid il-kanzunetta Don't Worry Be Happy sabiex jgħaddu l-messaġġ lill-istudenti tagħhom sabiex jibqgħu ġewwa u wkoll jissuġerulhom xi affarijiet li jistgħu jagħmlu waqt li huma jinsabu ġewwa!

Tiktok / Andy Muscat


Emil Calleja Bayliss