Is-sewqan bla kontroll qatt ma ġab affarijiet sbieħ miegħu. Kemm-il derba nisimgħu bi traġedija, kemm-il darba nisimgħu bl-appelli u avviżi għal sewqan sigur. Iżda xi ħaġa bħal dan li produċew kumpanija ġewwa Franza, ftit rajna.

F'dan il-filmat bosta persuni ġew mistednin għall-funeral tagħhom. Fih il-qrabat u familjari tagħhom ħejjew kelmtejn ta' kieku x'jgħidu dwarhom waqt il-funeral. L-emozzjonijiet kull ma jmur dejjem żdiedu u lejn l-aħħar parti tal-filmat, hi wisq ta' qsim il-qalb il-mod kif iwasslu l-messaġġ u l-intenzjoni ta' din il-produzzjoni. 

Arah u xerrdu ħalli nfakkru lil xulxin l-importanza ta' sewqan kif sippost.


Kyle Zarb