Janice hi l-kantanta li flimkien mal-kitarra tagħha ilha snin toħloq mużika u ssemma' l-vuċi tagħha. Daret l-Ewropa bi prestazzjonijiet hi u l-kitarra tagħha biss, u għal xi żmien ma kinitx faċli.
Il-kantanta llum irnexxielha turi t-talent tagħha quddiem udjenza televiżiva enormi u erba' membri tal-ġurija li huma konvinti li kapaċi timxi 'l quddiem! Is-sentimenti li ħasset waqt li kantat inħassew immens u b'din il-prestazzjoni rċeviet erba' IVA!