Bħal-lum 4 snin ilu Pawla xtaqet tkanta waqt il-programm Espresso u kellha sfida; li ġġib aktar minn 1,500 like fuq il-filmat f'24 siegħa. Għażlet il-kanzunetta Fejn Tħobb il-Qalb ta' Mike Spiteri. Min jaf x'għamel Mike kif semagħha?!
Illum Pawla tellgħet din il-memorja fejn lil Wayne qaltlu li tibqa' waħda mill-favoriti. Minn 1,500 like, dan il-filmat tella' mas-6,000 like. Pawla dejjem tiġbed is-simpatija bil-pożittivita tagħha! Ibqa' hekk; hawn bżonn nies bħalek Pawl!
Ritratt: Facebook/ Paulette Gafà