Bħala parti minn Għanafest ta' din is-sena, Festivals Malta ħasbu sabiex ikollhom sezzjoni ddedikata għar-riġenerazzjoni tal-Għana u dan kien possibbli grazzi għaċ-ċkejken Lydon u missieru Jomike.

Nistqarru li Lydon seraq ix-xena bil-kant mill-aqwa u bit-tbissima ħelwa fuq wiċċu. Tieħu gost tara l-imħabba lejn dak li hu tagħna titkattar. Lydon tista' faċilment tgħid li jqaxxar il-parti tiegħu waqt li jirrispondi lil missieru bi tweġibiet intelliġenti u anke ftit mossi inkejjużi!

Dan tista' ssejjaħlu eżempju ċar tal-għana fl-aqwa tagħha. Li ngħaddu dan il-wirt il-ġenerazzjoni li jmiss ifisser li dan il-wirt jibqa' ħaj u jimxi għal ġenerazzjonijiet oħra.

Facebook / Għanafest


Emil Calleja Bayliss