Waqt il-programm Bundytime il-preżentatriċi Matilde Balzan irrakkuntat episodju umoristiku li ġara waqt qadja li kellha ma' żewġha l-bank. 

Li ġara hu li waqt li kienu bilqiegħda quddiem il-manager tal-bank, Matilde bdiet tħoss xi ħaġa ddejjaqha minn taħt il-qalziet. Bdiet tipprova tiċċekkja x'hemm, u malli bdiet tiġbed ħareġ dak l-imbierek tights!

Li ġara hu li qas biss kienet taf li għandha t-tights minn taħt il-qalziet, u għalhekk ma bassritx x'kienet ser toħroġ meta tiġbed!

Isimgħu dan ir-rakkont li se jlissen tbissima u araw x'kienet ir-reazzjoni tal-bankier dak il-ħin!


Kyle Zarb