Illum hu l-jum internazzjonali ddedikat lill-biodiversità u l-preżentatriċi lokali tfakkarna fl-importanza ta' dan il-jum. Hi tispjega li t-tema ta' din is-sena hi li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-insett. Hi tispjega li wħud minnhom jieħdu ħsieb il-prodotti li nieklu filwaqt li oħrajn jagħmlu xogħol li ma jidhirx imma hu essenzjali għal bniedem.

Bl-iktar mod sempliċi, Clare turina kif wieħed jista' jagħti daqqa t'id hu wkoll. Bi ftit prodotti aħna nistgħu noħolqu lukanda għal dawn l-insetti, ovvjament wieħed isib ukoll jixtriha lesta imma tkun attività mill-isbaħ biex f'dawn iż-żminijiet wieħed jagħmel din it-tip ta' lukanda ddedikata għall-insetti.

Facebook / ERA


Emil Calleja Bayliss