Fuq il-paġna uffiċjali Bundytime, il-preżentatur John Bundy xtaq jagħmel avviż għat-telespettaturi u segwaċi rigward nhar is-Sibt li ġej. Għal din il-ġimgħa mhux se jkun qed jintwera. 

"Nhar is-Sibt li ġej hemm il-finali ta' Malta’s Got Talent u għaldaqstant mhux ħa jixxandar Bundytime. Nawguraw lit-tim kollu ta' Malta's Got Talent, lill-finalisti u lill-ġurija, filwaqt li insellmu lilkom li tarawna"

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw mill-ġdid lill-finalisti kollha li għaddew għall-gran finali!


Kyle Zarb