Il-preżentatur Brian Hansford, li jippreżenta Realtà fuq TVM, ilbieraħ flgħaxija żar lil Bjorn ġewwa Mater Dei kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn taħt. Bjorn, minn fuq is-sodda fl-isptar jagħmel appell lil poplu Malti biex nerġgħu nkunu ġeneruzi u ngħinuh biex jinġabru il-fondi għal Dar Bjorn 2, wieħed jista' jagħmel dan billi jibgħat SMS fuq 5061 8936 biex jagħti donazzjoni ta’ €6.99.

Bjorn ilbieraħ flgħaxija qal li jinsab jistenna biex jara kif ħa jibqa' dwar l-operazzjoni li jkun jaf illum jew għada. Bjorn jgħid li jispera kollox immur sew ħalli jkun jkomplu bil-ħidma. Ix-xogħol tat-tieni djar Bjorn ħa jibda fl-ewwel ta' Ottubru, barra programm speċjali ta' Xarabank ħa jkun hemm ukoll programm speċjali ta' Realtà tal-istess Brian Hansford. Lejn l-aħħar tal-filmat Bjorn jgħid: "Minkejja kull diffikulta nitlobkom li tkomplu tgħinuna."


Emil Calleja Bayliss