Waqt l-intervista li kellu Gerald Fenech waqt il-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa, hu qal kif beda l-vjaġġ tiegħu li jirrapporta dwar il-pandemija. Hu qal li kien qed isegwi dak li qed jiġri barra minn xtutna u kif waslet Malta kompla jsegwi.

Gerald spjega li qabel kien jixħet fuq il-profil tiegħu iżda f'Mejju fetaħ il-paġna għax għaraf li hawn ħafna għatx għall-informazzjoni. Barra minn dan, jistqarr li ħafna nies kienu qed jasmu l-informazzjoni miegħu u jgħaddulu stejjer li hu kompla jsegwi nkluż fi skejjel fost l-oħrajn.

Hu jistqarr li mhux l-ewwel darba li rċieva theddid, saħansitra theddid personali. Imma jistqarr li dan l-aħħar naqas dan it-theddid. Hu jistqarr li dejjem jipprova jgħaddi informazzjoni korretta.

Mill-ftuħ tal-iskejjel minn nhar it-Tnejn, Gerard jikkonferma li kien hemm ġa seba' każijiet li nstabu fi skejjel wara li nfteħu wara l-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Segwu eżatt x'qal fuq dan il-programm u f'din l-intervista.


Emil Calleja Bayliss