Fix-showroom ta' Onepercent iltqajna ma' Ben Camille u l-mara tiegħu Xtina. Awissu jidher li ser ikun xahar eċċitanti għal din il-koppja hekk kif qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom. Staqsejna lil Ben jgħidilna meta Xtina ser twelled. 

"Id-data tal-ħlas hija mistennija fit-18 t’Awwissu u jien twelidt fis-16 t’Awwissu! Hemm possibilità kbira li twelled f’dik id-data. M’għandix aspettattivi u ma tagħmillix differenza; l-aqwa li t-tarbija titwieled qawwija u sħiħa. M’iniex xi wieħed li niċċelebra għeluq snini!" jgħidilna Ben. 

L-intervista sħiħa ma' Ben u Xtina tista' ssibha nhar il-Ħadd fir-rivista l-ġdida tal-GWIDA. Fiha Ben jitkellem fuq l-irwoll ta' missier u esperjenza li għaddew minnha li ħalliet impatt kbir fuqu. 

Gwida nhar il-Ħadd 2 ta' Awissu! Ikbar... isbaħ... b'aktar paġni filwaqt li tista' tirbaħ €1000 fi flus kontanti. 

Bernard Polidano


Anthony Baldacchino