Ben Camille kontinwament rajnieh parti minn diversi produzzjonijiet fil-passat, kemm bħala attur, kemm bħala  content creator kif ukoll bħala preżentatur. Ftit ilu konna qed narawh fuq il-palk tal-X Factor, iżda għall-iskeda li jmiss ser narawh f'ambjent differenti.

Din id-darba Ben ser ikun qed iwaslilna programm kollu kemm tiegħu, BEN & Co, fejn se jlaqqagħna ma' diversi personalitajiet u mistednin diversi. Ħa jkun qed jixxandar qabel l-aħbarijiet tat-20:00 fuq TVM fit-19:45. 

Il-programm se jkun qed isir kuljum imżewwaq b'intervisti, logħob u divertiment garantit. Kollox jibda minn nhar it-Tnejn 3 t'Ottubru. 

Lesti?!


Kyle Zarb