Illum il-preżentatur ta’ X Factor Malta, Ben Camille, għamel sorpriża kbira lill-istudenti tal-iskola ta’ Helen Keller li tagħmel parti mill-Kulleġġ ta’ San Benedittu. Din l-iskola, li tieħu ħsieb lil studenti bi bżonnijiet speċjali, ddeċidiet li tagħmel kunċert żgħir fejn waħda mill-isketches kienet dik ta’ X Factor. L-istudenti ħasbu li wieħed mill-għalliema tagħhom kien se jkollu l-parti ta’ Ben Camille f’din l-isketch - imma mur għidilhom li Ben Camille innifsu kien se joħroġ!

It-tfal lanqas idea ma kellhom b’din is-sorpriża. U waqt li kien qiegħed backstage, Ben qal “believe it or not, nervuż!”

Kif jidher tajjeb fil-filmat, il-ġenituri u l-istudenti kollha li kienu fl-udjenza tgħidx kemm ferħu, ċapċpu u għajtu kif ħareġ Ben. Wara din l-isketch, Ben ħa bosta ritratti ma dawn l-istudenti. Kellimhom, għannaqhom, iċċajta magħhom u tkellem mal-għalliema tagħhom ukoll.

Dan kien verament ġest mill-isbaħ li għamel Ben. Żgur hija xi ħaġa li dawn it-tfal se jibqgħu jiftakru.

Facebook/Ben Camille


Nicole Barbara