Bħalissa kulħadd kelma waħda, 'iġri naraw lura magħna lil Enzo Gusman!'. Enzo jinsab fit-talb u l-ħsibijiet tagħna lkoll u ċertament li meta naraw xi memorja tiegħu, nitpaxxew bit-talenti tiegħu mill-ġdid.

Ilbieraħ martu Carmen xerrdet filmat b'kanzunetta li kien iddedikalha 10 snin ilu meta għalqu 41 sena miżżewġin. Enzo kien ħallielha messaġġ t'awgurju u ringrazzjament ma' din il-kanzunetta. "Illum il-41 anniversarju taż-żwieġ tagħna... ta' Carmen u tiegħi... Grazzi Carmen....Grazzi Mulej" 

Bosta segwaċi ikkummentaw u qalu kemm hi memorja sabiħa din il-kanzunetta. Tista' tgħid li ntgħoġbot minn kulħadd. Nieħdu l-okkażjoni biex nixtiequ fejqan lil Enzo - iġri terġa' lura magħna fuq ir-radju għażiż!

Ara x'romantiċiżmu! 


Kyle Zarb