Ilbieraħ kienet ġurnata ta' sorpriżi għall-istilista Gaetano ta' Haus of Gaetano, iżda l-ikbar sorpriża ġiet mingħand l-għarus tiegħu Kurt. Flgħaxija, miġburin ma' dawk l-aktar għeżież għal Gaetano u Kurt; bla mal-istilista kien qed jistenna, l-għarus tiegħu Kurt niżel fuq irkopptejh u staqsieh sabiex jiżżewġu.

Kif tistgħu taraw fil-filmat, Gaetano kien sorpriż u emozzjonat. Deher biċ-ċar li ma kienx qed jistenna xi ħaġa bħal din. Jidher li qallu iva għax fuq il-midja soċjali Gaetano kiteb: "l-aħħar vera ma nistax nemmen li ġrat u għadni naqra mbellaħ...I'M ENGAGED!". Hu kiteb ukoll li: "ma setax ikolli u ma naħsibx li jista' jkolli birthday isbaħ minn dan".

Ritratt: Facebook / Gaetano Gaetano

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Gaetano u lil Kurt l-isbaħ xewqat, ċertament li l-imħabba tagħhom ħa tkompli tikber u tissaħaħ matul iż-żmien. Awguri mill-qalb!

Facebook / Gaetano Gaetano


Emil Calleja Bayliss