Influencer ta’ 20 sena b'marda rari tal-kanċer sellmet lis-segwaċi tagħha b’filmat ta’ qsim il-qalb fuq Instagram.

Elena Huelva żvelat li s-sintomi tagħha marru għall-agħar u li qed tieħu l-kura qabel tintemm ħajjitha. Lil Huelva, li kisbet aktar minn 615,000 segwaċi fuq Instagram wara li ddokumentat il-battalja tas-saħħa tagħha online, sabulha tip ta’ kanċer fl-għadam imsejjaħ Ewing sarkoma lura fl-2016.

Hi saret xempju ta’ reżiljenza filwaqt li kienet onesta u miftuħa dwar il-ġlieda tagħha mal-marda matul dawn l-aħħar sitt snin.

Madanakollu f’aġġornament ta’ qsim il-qalb nhar il-Ħadd, Elena – li tgħix Spanja – sellmet lis-segwaċi tagħha, hekk kif żvelat li saħħitha marret għall-agħar.

Kuraġġ Elena. Ċerti li int ta' ispirazzjoni għal ħafna.


Kyle Zarb