Vibe FM niedew kampanja ta’ Drive Safe il-ġimgħa li għaddiet fuq is-social media tagħhom, fejn permezz ta’ video rajna li t-tema hija “Grow Up”. Gwida.mt kienet b’mod esklussiv wara l-kwinti għal ġbid ta’ dan il-video li dam jumejn sħaħ u li inġibed f’diversi postijiet madwar Malta fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru.  

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Fl-ewwel ġurnata rajna il-ġbid tax-xeni ta Frank, Martina, JD Patrick, Abel u Gordon ma ommom; biex imbagħad fit-tieni ġurnata kien imiss lil Mya u Nate Frank & Rossi. Filwaqt li ix-xeni kollha kellhom l-isfidi tagħhom din tal-aħħar kienet forsi l-iktar wahda teknikament diffiċli, fejn rajna projector jintuża biex jagħti l-impressjoni li l-karozza li fiha kienu Nate Frank and Rossi kienet qed tinstaq fuq it-triq! 

Wara l-kwinti rajna lit-tim ta’ V Squared jaħdem id f’id ma dak ta’ Vibe FM biex flimkien jaraw li jipproduċu video mill-aqwa! Minkejja li ir-restrizzjoniijet fil-konfront tal-Covid-19 lura f’Settembru kienu differenti rajna lil crew jieħu il-prekawzjonijiet kollha, biex ħadd ma jitpoġġa fl-ebda riskju.

Vibe FM huwa stazzjon li jkompli ta kuljum jiġbed aktar u aktar semmiegħa, mhux ta’ b’xejn li The Morning Vibe u Nate Frank & Rossi ġew ikkonfermati bħala l-iktar breakfast show u l-iktar drivetime shows favoriti f’Malta fl-aħħar stħarriġ tal-Awtorita tax-Xandir!

Huwa għalhekk li naraw uħud mill-aktar personalitajiet popolari fuq ir-radju f’pajjiżna jingħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ daqstant importanti!

Il-Kampanja Drive Safe qed issir bis-sapport ta’ Atlas Insurance, Transport Malta, il-Malta Road Safety Council u il-Ministeru Għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.


Gwida.mt