Fuq il-profil tiegħu ta' Instagram, il-kantant lokali Kurt Calleja xerred filmat minn 10 snin ilu, li jġib tant memorji sbieħ. Fil-fatt bħal-lum 10 snin ilu Kurt kien qiegħed ġewwa Baku, fl-Ażerbajġan, jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2012 bil-kanzunetta This Is The Night.
Kurt kien rebaħ il-Malta Eurovision 2012 fi Frar u fl-24 ta' Mejju 2012 ikkompeta fit-tieni semifinali għal Malta. Kif ħafna żgur jiftakru dakinhar Malta għaddiet għall-finali wara stennija ta' minuti li nħassu qishom sigħat. Mhux talli hekk, talli tertqu qalb Kurt, tat-tim tiegħu u ta' Malta u Għawdex kollha, hekk kif għajtu lil Malta d-disa' waħda.
Kurt kiteb fuq il-filmat, "Ilu 10 snin. 10 snin minn din l-okkażjoni speċjali." F'dik l-edizzjoni kienet rebħet il-kanzunetta li tant baqgħet tissemma sal-lum il-ġurnata, Euphoria, kantata minn Loreen għall-Iżvezja. Erġgħu ġeddu l-memorji: