Ix-xiri ta’ propjetà f’Malta sar sfida kbira, speċjalment minħabba ż-żieda qawwija fil-prezzijiet matul l-aħħar snin. Għal ħafna nies, il-ħolma li jkollhom dar tagħhom qed issir dejjem aktar diffiċli biex titwettaq.
Din il-ġimgħa fuq AWLA, se nisimgħu storja xokkanti dwar mara li kienet ħasbet li kienet qed tagħmel pass importanti f’ħajjitha billi ffirmat konvenju ta’ bejgħ għal appartament iżda, minkejja li segwiet il-proċess kollu, il-propjetà li xtrat qatt ma nbniet.
Din l-esperjenza kerha tixħet dawl fuq il-problemi li qed jaffaċċjaw ix-xerrejja fil-qasam tal-propjetà f’Malta, fejn mhux biss il-prezzijiet qed jogħlew, imma wkoll in-nies qed jAffaċċjaw sfidi legali u amministrattivi serji.
Segwi AWLA din il-ġimgħa biex issir taf aktar dwar din l-istorja u kif tista’ tipproteġi ruħek qabel tidħol fi ftehim ta’ xiri ta’ propjetà.