Danita minn One Chick And A Yorkie u l-preżentatriċi tal-Vibe FM Martina, ingħaqdu flimkien ġo filmat biex iwaslu messaġġ rigward il-lingwi li jitkellmu bihom. Danita tisħaq li trabbiet titkellem bil-Malti mentri Martina mdorrijja iżjed bl-Ingliż.

"Fit-trobbija tiegħi qatt ma ħassejt il-bżonn li nitkellem bl-Ingliż", tgħid Danita. Min-naħa l-oħra Martina kibret titkellem bil-lingwa Ingliża. Madankollu Martina żżid li dejjem fehmet l-importanza li tara televiżjoni bil-Malti u li tkun taf titkellem bil-Malti wkoll.

Fil-filmat Danita u Martina semmew anke ċerti kliem li jgħidu ta' kuljum bħal meta jsellmu lil xi ħadd, kif ukoll kif jipronunzjaw ċertu kliem, speċjalment bl-Ingliż. 

Segwi aktar fil-filmat t'hawn taħt.


Kyle Zarb