Ftit tal-ġimgħat ilu, l-awturi popolari Muxu tkellem publikament li kellu l-Covid-19. Illum il-ġurnata l-Muxu jinsab qawwi u sħiħ u nstab li hu negattivi. F'intervista li għamlulu 89.7 bay fis-serje tagħhom 'Bay Chats', Muxu jirrakonta l-eperjenza tiegħu.

Hu jgħid li kien għamel it-test għax ħabib tiegħu ltaqa' ma' ħabib li kellu l-ħabiba tiegħu pożittiva. Ma kellu ebda kuntatt ma' persuna pożittiva. Ftit tal-jiem qabel it-tabib jgħidlu li kellu infezzjoni fi griżmejh u li ma kellux għalfejn jinkwieta. Biss meta ħareġ li kien pożittiv ħa xokk. Jistqarr li beda jħossu li "maħmuġ" u beda jinkwieta li kull ħaġa li kien ser imiss kien ser jinfetta lil ħaddieħor.

Il-Muxu jgħid li kienet diffiċli għalih mentalment, fiżikament ma kellux sintomi gravi daqs ħaddieħor. Fl-intervista jwassal messaġġ importanti fuq stigma, "Għaliex meta xi ħadd ikollu l-influwenza ngħidulu 'Get well soon' u meta jkollok il-Covid-19  kulħadd jgħidlek 'ara li taħsel kollox', 'jaq mhux ħa missu warajk', 'ara li taħsel idejk'... Pazjenti bil-Covid għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod".

Il-Muxu jgħid li f'dawk il-jiem li kellu joqgħod ġewwa prova jagħmel mill-aħjar li jista' biex jimla' l-ġurnata tiegħu u jgħix pożittiv. 


Anthony Baldacchino