Il-Ġimgħa l-oħra għal Żaren kienet ġimgħa kerha ħafna, hekk kif l-Erbgħa jitlef il-kelba tiegħu Pupa. It-tim ta' Xarabank ġabu filmat tiegħu fuq il-paġna uffiċjali tagħhom.
Dakinhar li tilifha, Żaren ma raqqadtx. Pupa kien iħobbha wisq u ta' sikwit kien jgħid li għalih tfisser kollox għax qatt ma tradditu. Tfajla miż-Żejtun, bl-isem ta' Rodianne sabet din il-kelba u kitbet fuq grupp ta' Facebook. B'xorti tajba kien hemm ruħ tajba u għarfet lil Żaren mill-ewwel. Trid tara kemm ferrħet Pupa hekk kif rat lil sidha!
Lit-tim ta' Xarabank, Żaren qalilhom li tant feraħ li ra lil Pupa mill-ġdid li qisu rebaħ is-Super 5.