Fuq il-paġna Malta Film Awards qed jittellgħu diversi filmati fejn ħafna atturi bravissimi Maltin qed ikollhom intervista ta’ 90 sekonda.
Żgur li kulħadd xi darba segwa s-serje One Star Hotel, fejn Marika Cassar kienet tagħmel il-parti ta’ Ġannina, oħt Flavia li dejjem kienet tgħid kontra Maurizio u tmaqdru f’kull ħaġa li kien jagħmel.
Fl-intervista tagħha Marika żvelat xi affarijiet, fosthom ix-xewqa tagħha li xi darba terġa’ tirritorna bħala attriċi fuq it-televixin. Interpretat ukoll parti mill-parti li kellha bħala Ġannina f’One Star Hotel, fejn għal darb’oħra rajniha tirrabja mal-vittma tagħha Maurizio.