Sfortunatament, bħalissa ma nistgħux niċċelebraw il-festi bħal qabel għax la jistgħu jsiru marċi mill-każini u lanqas purċissjonijiet bħal ma konna mdorrijin naraw u nattendu.

F’Birżebbuġa xorta waħda sabu mod kif jiċċelebraw din il-festa u jfakkru l-padrun tagħhom San Pietru. Dawn iddeċidew li jagħmlu pellegrinaġġ żgħir fejn tefgħu pittura tal-padrun fuq trakk u bdew iduru madwar it-toroq ta’ Birżebbuġa, bil-karozzi mexjin wara t-trakk.

Apparti dan il-pellegrinaġġ, din il-festa nfetħet b’ġest verament nobbli billi nġabru xirjiet għal dawk fil-bżonn u anke nġabret donazzjoni ta’ €600 wkoll.


Henzley  Bezzina