Wara li spiċċa minn konferenza stampa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar mal-ġurnalisti li l-elezzjoni se tkun qed issir is-sena d-dieħla u mhux fis-27 ta’ Novembru.

Waqt il-programm The Morning Vibe, JD kien qal li kien ċert li d-data tal-elezzjoni se tkun nhar is-27 ta’ Novembru imma issa nduna li ma kellux raġun dwar dan. Iż-żewġ kollegi tiegħu, Martina u Jonathan ma ħallewhx b’xejn wara li dan wera li kien ċert dwar meta se ssir l-elezzjoni u lanqas biss azzarda jitkellem.

Ilbieraħ JD ħareġ ukoll stqarrija fejn qal li l-Prim Ministru għandu jammetti li hu kien qata’ d-data tal-elezzjoni u li ma sejjaħhiex fis-27 ta’ Novembru biex ma jpaxxiħx.

Facebook / The Morning Vibe / Robert Abela


Henzley  Bezzina