Il-ġimgħa li ġejja, tiftaħ għall-pubbliku l-produzzjoni Il-Qfil U L-Ħelsien Skont Manwel Dimech li ħa tittella's minn Teatru Malta. L-attur Joseph Zammit ħa jkun qed jinterpreta l-parti ta' Manwel Dimech u għal din il-parti, hu kellu jgħaddi minn trasformazzjoni żgħira fid-dehra tiegħu.

It-tim ta' Teatru Malta tellgħu filmat qasir tat-trasformazzjoni li għadda minna Joseph Zammit. Minn informazzjoni li għandna aħna ta' Gwida.mt, jidher li Zammit ma kienx l-unika wieħed li kellu jgħaddi minn din it-trasformazzjoni. Dan għaliex l-atturi li qed jieħdu sehem, riedu jirriflettu l-istil ta' mitt sena ilu. 

@teatrumalta

Jospeh Zammit huwa Manwel Dimech #fyp #foryoupage #foryoupagemalta #fypmalta #maltatiktok #malta

♬ Gospel - Super Smash Bros: Brawl Drill Remix - Arvid Häggström

Din xi ħaġa tipika li ssir fi produzzjoni fuq dan il-livell u nieħdu gost naraw kif l-atturi jittrasformaw rwieħhom sabiex joħorġu l-parti li jkunu qed jinterpretaw bl-aħjar mod possibbli. Aħna nħeġġu lil dawk kollha li huma mħajrin imorru jaraw din il-produzzjoni sabiex jaħsbulu għax il-postijiet huma limitati. 

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol HAWN.  

Facebook / Teatru Malta


Emil Calleja Bayliss