Frank Zammit, li hu fan kbir tal-Juventus xeħet filmat fuq instagram jagħti rigal lill-kollega tiegħu JD Patrick, li ftit ġimgħat ilu kellu l-ewwel tarbija tiegħu – iċ-ċkejken Julian. Wieħed jassumi li meta taqla’ rigal tifraħ u tieħu gost bih, iżda JD kellu reazzjoni ftit jew wisq differenti mill-wieħed jistenna.

                                  

Frank ta l-famuż rigal lil JD u kif JD induna x’inhu dar-rigal, mill-ewwel wieġeb li għadu kif xtara l-istess ħaġa liċ-ċkejken Julian. Ifhem, ngħiduha kif inhi aħjar tnejn milli waħda. Tarbija ħafna drabi jkollha bżonn li tbiddel il-ħwejjeġ ta’ spiss. Hekk JD jew il-mara tiegħu faċilment jistgħu ibiddlulu bl-istess tibdila hux!

Tgħid iċ-ċkejken Julian ħa jkun fan tal-Juventus bħal Frank u JD Patrick jew inkella jżomm ma’ xi tim ieħor biex jisfida lil missieru? Insomma... ċertament li Frank u Julian ħa jkunu jistgħu jilbsu l-istess. 

Instagram / Frank Zammit & JD Patrick


Emil Calleja Bayliss