L-Erbgħa li għadda Pierre Farrugia flimkien mat-tim tiegħu daħħlu f’Għar il-Friefet li jinsab f’Birżebbuġa. Pierre ġibed il-filmat tal-esperjenza tiegħu waqt li dieħel fl-għar. Tul il-filmat, Pierre stqarr li ried joqgħod ħafna attent fejn jifta’ l-pass tiegħu għax beda jiżloqq ħafna.

L-għar hu fond mhux ħażin u għandu diversi fetħiet li wieħed jista’ jiskopri. Tul l-esperjenza tiegħu hemm isfel, Pierre jsib affarijiet li mhux komuni jinstabu f’għar. Fosthom sab nuċċali tal-vista li biex jiċċajta qal, “Manafx kif sab it-triq lura bla nuċċali”.

Sab ukoll moxt tal-plastik u fl-aħħar tal-għar isib flixkun Kinnie mill-antiki nett! Għadek tiftakar kif kienu? Pierre jgħidilna li beda dawn l-avventuri f’Awissu bil-kayak u bdiet togħġbu l-idea tant li ħadha bl-akbar serjeta. Ir-rispons tan-nies kien xi ħaġa fenomenali u għażel proprju dan l-għar għax ma sab l-ebda filmat fuq l-internet li juri dan l-għar.

“Qed nagħmel dawn bl-Ingliż ħalli jkunu jistgħu jaraw kemm Malta hi sabiħa u kemm dan il-post hu meraviljuż” jgħidilna Pierre.


Anthony Baldacchino