Waqt il-programm Prime Time bi preżentazzjoni ta' Owen Bonnici, Natal Attard Bayliss fakkarna fiċ-ċajta kerha li kienu għamlu lil Valerie Vella. Hu jgħid li l-istess ċajta kienet saret fuqu ġimgħa qabel.

Kienu qalu lil Valerie li tajret lil xi ħadd. Kienu daħlu ġo dar sabiex tiltaqa' ma' xi ħadd u ġew iċemplu l-pulizija jistaqsu għas-sid ta' din il-karozza. Sadanitant kienu mlew ir-rota tal-karozza kollha demm sabiex tieħu qatgħa papali.

Ritratt: Facebook / Valerie Vella

Dak iż-żmien, Natal u Valerie kien jaħdmu flimkien u b'hekk kien aċċetta li jkun kompliċi. Valerie kienet ħaditha bi kbira ferm u bdiet tibki bl-istess xokk etċ... Kif rawha qed tippanikja, Natal qallhom li aħjar jaqbdu u jgħidulha għax kien qed jitħassarha.

B'hekk ma tantx ħallew iċ-ċajta sejra fit-tul! Min jaf jekk qatt provatx tpattihielu b'xi ċajta ħelwa lil Natal!


Emil Calleja Bayliss