Dal-aħħar jiem rajna ammonti sostanzjali ta' xita u ġieli kellna ħalbiet qawwijin. Ħafna min-nies twerwirhom u jaraw kif jagħmlu u jgħaġġlu biex jilħqu jaslu d-dar jew x'imkien ġewwa mingħajr ma jieħdu xi tixriba. Mhux bħal dawn il-klieb għand Association for Abondoned Animals!

"Jista’ jkun li x-xita tkun qawwija... imma għal uħud mill-klieb tagħna dan ifisser aktar divertiment u hu n-natural tagħhom stess..." Jidher i dawn il-klieb malli raw xita qlielu barra ħarġu jaqbżu u jiġru waqt li ħadu pjaċir jieħdu tixriba! Kif jidher fil-filmat ix-xita lussu għalihom u juruna kemm verament l-annimali innoċentament japprezzaw sal-inqas ħaġa li tipprovdielna n-natura.

Ma jonqosx li qalbna tmur għal dawk l-annimali li jinsabu barra abbandunati jew weħidhom f'ħalbiet bħal dawn. Jalla kull annimal li jinsab f'xi trejqa mbeżża' u waħdu jsib min jilqgħu malajr kemm jista' jkun. 


Kyle Zarb