Għadha kif inħolqot kampanja tal-programm NETLIVE li jisimha #Flimkien bl-għan li tinxtered aktar pożittività f’dawn iż-żminijiet fejn uħud jinsabu nkwetati ħafna.

U llum, li kienet l-ewwel ġurnata ta’ #Flimkien, tfaċċaw il-karattri Mini u Griz, li wkoll qed iqattgħu l-ħin tagħhom id-dar kwarantina!

Mini avżat biex in-nies jibqgħu ġewwa ħalli neħilsu minn dan il-virus malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li Griz qal li tgħidx x’festa se nagħmlu kif nirbħu l-battalja!


Nicole Barbara