Nhar il-Ġimgħa li għadda fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, l-arpist Jacob Portelli tella' filmat tiegħu idoqq il-verżjoni tiegħu ta' Sinfonia Concerto ta' JC Bach. Din l-interpretazzjoni hi unika f'Malta!

Dan minħabba l-arranġament viżwali li sar. Hawn nistgħu naraw lil Jacob idoqq l-istrumenti kollha li jinstemgħu f'din is-silta fl-istess ħin; żewġ vjolini, vjola, vjolinċell, Kuntrabaxx u l-arpa. Jikteb ukoll li din hi dedikazzjoni speċjali għas-segwaċi kollha.

"Niddedika din il-wirja lil dawk kollha li ilhom isegwu l-quddiesa ta' kuljum fuq TVM2 u fuq il-midja soċjali għal dawn l-aħħar 4 xhur. L-appoġġ tagħkom hu apprezzat ħafna" jikteb Jacob fuq il-paġna tiegħu. Fil-fatt din l-interpretazzjoni ntlaqtet minn bosta u r-rispons kien kbir.

Ara u tpaxxa bit-talent Malti!


Kyle Zarb