Nhar it-Tlieta, l-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat kellha l-ewwel prova. Il-kummenti dwar id-dehra tal-kantanta u ż-żeffiena, il-viżwali u l-vuċi b'mod speċjali kienu pożittivi. 

Illum wara nofsinhar wasal il-mument għal Emma biex tagħmel it-tieni provi tagħha tal-kanzunetta I Am What I Am, fis-14:20. Dawn huma 30 sekonda ta' kif ħa tidher fuq it-televiżjoni. Fil-filmat tidher propju l-aħħar parti tal-prestazzjoni, fejn Emma flimkien maż-żeffiena ħolqu atmosfera spettakolari bil-kariżma tagħhom

Awguri Emma!


Kyle Zarb