Conrad Neil Gatt fl-esplorazzjoni ta' lbieraħ ħadna ġewwa kappella mill-isbaħ biswit Forti San Salvatur, li tifforma parti kruċjali mill-Cottonera Lines.

F'dan il-filmat nistgħu napprezzaw il-ġmiel ta' din il-kappella, b'numru kbir ta' Affrescos mal-ħitan. Din il-kappella kienet ġiet milquta minn bomba waqt it-Tieni Gwerra, li wassal biex xi partijiet minnha huma perikolużi għall-pubbliku. Il-biża' li anke jiġbed l-attenzjoni dwarha Conrad, hi li fi ftit xhur jew snin, jekk ma tittihidx azzjoni immedjata, is-sitwazzjoni tiġi agħar.

fg

"Appell għar-restawr qabel ikun tard wisq!" - Conrad ixerred dan l-appell biex titranġa malajr kemm jista' jkun din il-kappella, biex l-estetika prezzjuża tagħha toħroġ aktar fil-beraħ. Tul dan il-vlog, Conrad anke jagħtina diversi dettalji storiċi dwar il-post, u kif sfortunatament spiċċa f'din is-sura.

gf

Conrad, fi ħdan il-kampanja li waqqaf hu stess favur l-ambjent, #tlietatlietanaslu, ġabar diversi oġġetti li kien hemm mormija. Għamel l-isforz tiegħu biex jgħin l-ambjent anke f'dan il-wirt storiku, jidher aħjar u aktar nadif.

gf

Segwi aktar dwar Forti San Salvatur, il-kappella u l-estetika li fih dan il-post.

cngfotography


Kyle Zarb