ltqajna mal-wiċċ li qed jippromovi l-Festival Kanzunetta Maltija, Gianni u staqsejnieh il-mistoqsijiet li probabbli qed tistaqsu intom ukoll dwar dan il-festival. Qed insejħulu l-wiċċ għax lil Gianni hemm ċans li rajtuh fuq xi billboard jew inkella fuq xi karozza tal-Linja.

Waqt din l-intervista, f'Gianni spikkat il-ħeġġa biex dawn il-jiem ta' ċelebrazzjoni mużikali jibdew u issa ninsabu tassew qrib biex il-proċess jissokta. Jiġifieri dawk li forsi għadhom qed jaħsbuha, ċaqilqu minn hemm u morru użaw dawn l-aħħar ftit jiem biex toħolqu xi ħaġa mill-aqwa!

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Gianni fl-intervista qalilna li, "Apparti li dawn huma żminijiet diffiċli minħabba l-pandemija tal-Covid-19, dawn huma żminijiet kreattivi wkoll. Il-kreattività bħalissa qiegħda fl-eqqel tagħha!" Gianni jgħid li dan il-festival hu miftuħ għal kulħadd u stieden lill-bands, kantanti, awturi, kompożituri u gruppi b’mużika ta' kull ġeneru bħal ballads, pop, rock, R&B eċċ, biex jieħdu sehem.

Gianni jħeġġeġ lil kulħadd biex ma jitilfx opportunita’ bħal din għax ser tkun xi ħaġa kbira. Infakkrukom li s-sottomissjonijiet għandhom isiru bejn it-28 u t-30 t’Ottubru 2020 fuq www.muzikamuzika.org


Anthony Baldacchino