Antonella Vassallo, wiċċ maħbub immens mat-telespettaturi. Tul dawn l-aħħar sentejn kienet kemxejn kwieta u ma rajnihiex fuq it-televiżjoni, iżda Antonella ħa tirritorna u ħa tirritorna bil-kbir. Dan għaliex ħa nibdew narawha ta' kuljum. Il-programm tagħha ħa jixxandar fuq TVM u jġib l-isem ta' Għaddi S'Hawn.

It-tim tal-produzzjoni jgħid, "Antonella Vassallo se tlaqqagħna ma’ diversi personaġġi li b’xi mod jew ieħor, ħallew impatt f’ħajjitna. Se niskopru wkoll x’hemm moħbi wara l-kwinti u iktar. Kunu lesti li tpoġġu bilqiegħda, tieħdu pjaċir u tirbħu r-rigal. Ma’ Antonella l-bieb miftuħ għal kulħadd! Għaddi s'hawn kuljum fl-10 ta' filgħodu fuq TVM."

Hawn taħt wieħed jista' jgawdi mill-filmat promozzjonali ta' dan il-programm. Lesti għalih?

Facebook / Antonella Vassallo


Emil Calleja Bayliss