Anthea Zammit żgur mhux wiċċ ġdid fix-xena lokali, rajnieha tirrapreżenta lil Malta ġewwa Miss World fejn kienet waħda mill-finalisti ta' Miss World Talent lura għas-sena 2016. Barra minn hekk lil Anthea rajnieha takkumpanja lil Christabelle fil-mawra tagħha fil-Eurovision Song Contest.
Anthea waqt il-programm Sibtek stqarret li wara li hi emment fil-kawża ta' Taboo u wriet is-sapport tagħha, spiċċat li kellha tkun hi li tgħaddi minn problemi psikoloġiċi! Anthea tgħid: "Għaddejt minn żmien diffiċli ħafna fejn ma bqajtx nemmen fija nnifsi, hekk kien żmien fejn psychologically tkissirt..."
Hi tgħid li mhux ħa tiddejjaq tgħid imma fittxet l-għajnuna u grazzi għal dan tgħid: "illum il-ġurnata inħoss illi ħajti nbidlet ta' taħt fuq." Hi tappella sabiex kull min għandu bżonn l-għajnuna jmur ifittixha għax hi possibli u l-ħajja tkun ħafna u ħafna aħjar wara episodju bħal dan. Anthea tistqarr li kienet skomda biex titkellem imma importanti ħafna sabiex tiftaħ ħalqek!
Awguri Anthea u prosit li qsamt din l-istorja mat-telespettaturi wkoll għax ħafna nies jistgħu jieħdu spunt u jagħmlu wkoll kuraġġ sabiex ma jibżawx imorru jfittxu l-għajnuna!
JJ Chircop