Kulħadd jiftakar lil Anna Bonanno taqra l-aħbarijiet fuq Television Malta. Kien saret parti minn kull dar Maltija, personalità maħbuba ferm u l-waqfa tagħha minn fuq ix-xandri tista' tgħid inħasset sew.

Fil-programm li jmiss ta' X'Sar Minnhom?, Anna Bonanno ħa tkun qed tirritorna sabiex titkellem fuq il-karriera mill-isbaħ tagħha fuq ix-xandir u wkoll taqsam mat-telespettaturi dak li qed tagħmel dan l-aħħar.

Il-programm X'Sar Minnhom? jixxandar kull nhar ta' Ħamis fl-10:05 fuq TVM, wieħed żgur li ħa jkun qed jistenna din il-puntata b'ħerqa kbira.


Emil Calleja Bayliss