Meta wieħed ikun qed jistenna tarbija, kull ġenitur jaħsibha differenti dwar jekk għandux isir jaf hux ħa jkollu tifel jew tifla! Angie kienet waħda minn dawk li ma xtaqitx tiskopri x'ħa jkollha meta kienet tqila b'binha Mick.

Fil-qasir waqt Ħadd Għalik iddedikat għal jum l-omm, Angie rrakkontat kif kienet avżat lil kulħadd li ma xtaqitx tkun taf u tista' tgħid meta kienet tmur vista l-isptar kulħadd kien jaf li hi xtaqet li żżomm is-sess tat-tarbija tagħha sigriet sakemm jitwieled.

Iżda l-infermiera li ratha meta kellha tmien xhur tqala, qabel telqet kixfitilha kollox. Ara x'qaltilha fil-filmat t'hawn taħt!

The Foto Grafer


Emil Calleja Bayliss