Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd kienet jekk il-programm lokali Liquorish hux ħa jirritorna din is-sena. Ir-raġuni ta' din il-mistoqsija kienet il-pandemija globali li bħalissa għaddejjin minnha. Il-programm issa tista' tgħid li sar parti mill-kalendarju tat-televiżjoni lokali u aktar ma jmur, aktar ikompli jsir popolari.

It-tim ta Liquorish, il-preżentatriċi Andrea Cassar flimkien ma' Jo li żgur m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, aħna ta' Gwida.mt konna l-ewwel li intervistajniehom. Araw x'kellhom xi jgħidu dwar l-avventura ta' din is-sena. Tgħid il-pandemija waqfet lit-tim tal-produzzjoni milli jkompli l-avventura tiegħu jew irnexxielhom kontra kull kurrent itellgħu dan il-programm? Jekk ħa jagħmlu dan, fejn se jirnexxielhom imorru t-tim din is-sena?


Emil Calleja Bayliss