Waqt il-programm TVAM kienu mistednin il-koppja u stilisti Charles u Ron. Ron jibda billi jirrakkonta dwar kif kienu jikkomunikaw fil-passat meta bdew jiltaqgħu, u jsemmi kemm kienet diffiċli għal dak iż-żmien.
Il-preżentatriċi Dorianne Mamo tistaqsihom dwar min minnhom ġera wara min qabel ma bdew joħorġu flimkien. "Fil-bidu jien naħseb kont niġri warajh. Fil-bidu hu qisu ħa qatgħa għax ġejt Malta mill-ewwel... imbagħad ovvjament meta ġejt, beda jħossu responsabbli," jgħid Ron.
Apparti minn hekk Dorianne turi lit-telespettaturi mazz ta' ittri li kienu jibagħtu lil xulxin Charles u Ron. Kienu jiktbu lil xulxin kuljum bl-ittri. "Żammejniehom. Naħseb qas ħadd qatt ma rahom," jgħid Ron.
Charles iżid, "Li konna nagħmlu matul il-ġurnata, xogħol u hekk, konna niktbuh, qisu djarju kien." Segwu aktar hawn taħt: