Għal darb'oħra l-kantanta u preżentatriċi Amber tellgħet filmat fuq il-profil tagħha minn wara l-kwint tal-programm Magic Malta, li preżentat flimkien ma' Dorian Cassar. Din id-darba l-preżentaturi ma qablux dwar min jitkellem l-iktar waqt il-promos! 

Fil-fatt l-edizzjon ta' din l-iskeda waslet fi tmiemha. Dorian u Amber matul il-programm tagħhom semmgħuna mużika kontemporanja li tinsab fil-quċċati taċ-charts, u li żgur li tant ħadtu gost tisimgħu. Apparti minn hekk jaġġornawkom mid-dinja tal-mużika kemm internazzjonali, u bla dubju dik lokali.

Fil-fatt f'kull programm kienu jlaqqgħuna anke ma' diversi artisti lokali bravissimi li anke kellkom iċ-ċans tisimgħuhom ikantaw LIVE mill-istudjo. Din id-darba tefgħu żewġ filmati li intom għadkom ma rajtux! Fil-fatt fil-filmat tistgħu taraw fost l-iżjed mumenti ħelwin li kellhom minn wara l-kwinti. 

Araw dan il-filmat li żgur ħa jpoġġielkom tbissima fuq fommkom!


Kyle Zarb