Nhar it-Tnejn li għadda żewġ kantanti Maltin li tant huma maħbuba għall-istil mużikali partikolari li għandhom ħabbru li ser ikunu qed iniedu verżjoni akustika ta’ kanzunetta li tant serqet qlub f’dawn l-aħħar ġimgħat - Naħseb Fik.
Il-kanzunetta ikkompeta biha Aidan waqt Mużika Mużika u minn dakinhar baqgħet tissemma kull fejn tmur f'Malta u Għawdex. Illum fil-fatt għadu kif nieda verżjona akustika flimkien ma’ Amber, liema verżjoni ġiet ikkumplimentata b'vidjo mużikali mimli mużiċisti bravissimi u sfond mill-isbaħ.
Segwuha hawn: