Il-kummenti fuq il-mezzi soċjali kultant jistgħu jwasslu għal ħafna u ħafna ħsara iżda hawn min hu b'saħħtu, jew aħjar isib is-saħħa sabiex dawn il-kummenti jiġġieldilhom u jikkummenta lura. Il-każ ta' Rylie huwa wieħed minnhom.

Rylie Mahlangu fuq TikTok tellgħet filmat tirrispondi lil dawk kollha li għaddew kliem dispreġġjattiv fil-konfront tagħha. Rylie tistqarr, "Alla tak ilsien biex tikkummenta... iżda Alla ma takx ilsien biex tkun injorant u stupidu."

Dan il-messaġġ Rylie tgħaddih lil dawk kollu li jikkummentaw b'mod negattiv, b'kummenti ta' tgħajjir minħabba l-mod kif tiddentifika ruħha hi. Dan mhux xi kumment wieħed fuq filmat wieħed, iżda diversi kummenti fuq numru ta' filmat tagħha.

Rylie tispiċċa billi tgħaddi messaġġ fl-aħħar u tgħid, "kelma ħażina żommha għalik."

@ryliemahlangu

Reply to @kingdurin For all thos transphobes out there ✌🏽

♬ original sound - Rylie Mahlangu

Facebook / Rylie Mahlangu


Emil Calleja Bayliss