Jisimni Maxine jew kif forsi ħafna jafuha bħalha Madame X. Hi għaddiet messaġġ importanti ħafna, fejn tgħid biex dak li jkun qatt ma jibża' juri min hu u li dejjem wieħed għandu jkun kburi b'min hu!

Wieħed għandu dejjem jiġġieled għad-drittijiet tiegħu! Madame X dan l-aħħar ġiet mgħajra u msejħa ismijiet xejn sbieħ u wkoll degredanti fuq il-live stream tagħha fejn insultawha u sejħulha wkoll raġel. Hi tgħid, "Dawn il-kummenti ma jaffettwawx lili imma int trid tibqa' b'saħħtek... qatt ma tibża' turi min int."

Madame X tgħid li hi kburija li għamlet din il-bidla f'ħajjitha, u llum hi mara bħal nisa oħra. Hi tgħaddi appell lill-ġenituri u tgħidilhom, "Aħna wlied Alla u Alla biss jista’ jiġġudikana. Lill-ġenituri kollha, ħobbu u ħudu ħsieb uliedkom; omosesswali, transesswali, lesbjani u kulħadd parti mil-LGBTIQ+"


Emil Calleja Bayliss